Talba biex jinqalgħu grazzji bl-interċessjoni
tal-Qaddejja ta’ Alla Henry u Inez Casolani                                   

O  Alla, Int  żejjint  lil  Qaddejja  Tiegħek,  Henry  u  Inez  Casolani,   bil – grazzja   tal-magħmudija  u tas-Sagrament taż-Zwieġ.  Int imlejthom bi mħabbtek bħala miżżewġin u bħala ġenituri u għaġinthom fi xbieha ħajja ta’ Ibnek, Ġesù. Inti mexxejthom taħt il-patroċinju u bl-interċessjoni ta’ Sidtna Marija u tal-Qaddisin.

Qanqal fina il-ħeġġa li nimxu fuq l-eżempju ta’ Henry u Inez Casolani biex bħalhom aħna wkoll inkunu strumenti ta’ paci u umiltà, dejjem lesti li nġibu l-paċi fil-familja u kullimkien, li naħfru u ngħinu lill-proxxmu, li nkunu ferħanin f’qalbna u li nnisslu l-hena bi tbissima, li nkunu nies ta’ qalb tajba, umli u ġeneruzi, u li norbtu qalbna dejjem mar-Rieda Tiegħek.

Agħmel Mulej li, bl-interċessjoni ta’ Henry u Inez Casolani, naqilgħu il-grazzja li tant għandna bżonn (semmi il-grazzja). Nitolbuk ukoll li, jekk hi ir-rieda mqaddsa Tiegħek, l-għeġubijiet tal-ħniena Tiegħek magħhom ikunu rikonoxxuti mill-Knisja, għall-ikbar glorja Tiegħek. Ammen.

 

Missierna, Sliema, Glorja.
Nihil Obstat  die 7a augusti 2015
sac. Hector M. Scerri
Cens. Theol.

Imprimatur
Datum in Curia Archiep
Melitensi, Florianae
die 7a augusti 2015
sac. Joe Galea Curmi
Vicarius Generalis